8.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 298/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Bruxelles (il-Belġju) fil-15 ta’ Lulju 2011 — Pie Optiek vs Bureau Gevers, European Registry for Internet Domains
(Kawża C-376/11)
2011/C 298/21
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pie Optiek
Konvenuta: Bureau Gevers, European Registry for Internet Domains
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 12(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004, tat-28 ta’ April 2004, li jippreskrivi r-regoli tal-politika pubblika li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet tad-Dominju ta’ l-Ogħla Livell u l-prinċipji li jirregolaw ir-reġistrazzjoni (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni fejn id-dritt preċedenti kkonċernat huwa dritt ta’ trade mark, il-kelmiet “liċenzati ta’ drittijiet ta’ qabel [preċedenti]” jistgħu jkopru persuna li kienet awtorizzata biss, mill-proprjetarju tat-trade mark, sabiex tirreġistra, f’ismha propju iżda għan-nom tal-persuna li tikkonċedi l-liċenzja, isem ta’ dominju identiku jew li jixxiebah mat-trade mark, mingħajr madankollu ma ġiet awtorizzata tagħmel użi oħrajn mit-trade mark jew użu tas-sinjal bħala trade mark, bħal pereżempju, sabiex tikkummerċjalizza prodotti jew servizzi taħt it-trade mark?
(2)
Fil-każ ta’ risposta pożittiva għal din id-domanda, l-Artikolu 21(1)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004, tat-28 ta’ April 2004, li jippreskrivi r-regoli tal-politika pubblika li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet tad-Dominju ta’ l-Ogħla Livell u l-prinċipji li jirregolaw ir-reġistrazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li “drittijiet jew interess leġittimu” jeżistu anki jekk il-“liċenzat ta’ drittijiet ta’ qabel [preċedenti]” irreġistra l-isem ta’ f’ismu iżda għan-nom tal-proprjetarju tat-trade mark meta dan tal-aħħar ma huwiex eliġibbli skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 733/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ April 2002, dwar l-implimentazzjoni tal-Qasam tal-Ogħla Livell EU (2)?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 825
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 394
Full & Egal Universal Law Academy