10.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/38
Appell ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2011 minn Longevity Health Products, Inc. kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ April 2011 fil-Kawża T-95/11 — Longevity Health Products vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
(Kawża C-378/11 P)
2011/C 269/79
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Longevity Health Products, Inc. (rappreżentant: J. Korab, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tilqa’ l-ilment li sar mill-kumpannija Longevity Health Products, Inc
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ April 2001, T-95/11;
—
tordna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) sabiex iħallas l-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li d-digriet appellat għandu jiġi annullat fid-dawl tal-aggravji li ġejjin:
—
il-motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali hija difettuża;
—
il-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx l-argumenti mressqa mill-proprjetarju tat-trade mark.
Full & Egal Universal Law Academy