8.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 298/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative (Il-Lussemburgu) fit-18 ta’ Lulju 2011 — Caves Krier Frères SARL vs Directeur de l’Administration de l’emploi
(Kawża C-379/11)
2011/C 298/22
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour administrative
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Caves Krier Frères SARL
Konvenuta: Administration de l’emploi
Domanda preliminari
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 541-1 tal-Kodiċi tax-Xogħol Lussemburgiż, peress li jirriżerva d-dritt għal rimbors tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, parzjalment minn min iħaddem u parzjalment mill-assigurat, għal persuni qiegħda li jkunu ta’ età ’il fuq minn ħamsa u erbgħin sena, kemm jekk ikunu ġew ikkumpensati kif ukoll jekk ma jkunux ġew ikkumpensati, għal persuni li jħaddmu fis-settur privat, sa kemm il-persuni qiegħda jkunu rreġistrati bħala persuni li qed ifittxu x-xogħol ma’ aġenzija tax-xogħol tal-Amministrazzjoni tal-Impjiegi tal-Lussemburgu għal mill-inqas xahar, filwaqt li persuni li jħaddmu li jimpjegaw persuni qiegħda rreġistrati bħala persuni li qed ifittxu x-xogħol ma’ organizzazzjonijiet korrispondenti barra mill-pajjiż ma jibbenefikawx minn din il-miżura, huwa konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-Artikoli 21 u 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea?
Full & Egal Universal Law Academy