1.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 290/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Mercantil de Barcelona (Spanja) fit-18 ta’ Lulju 2011 — Manuel Mesa Bertrán y Cristina Farrán Morenilla vs Novacaixagalicia
(Kawża C-381/11)
2011/C 290/04
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado Mercantil de Barcelona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Manuel Mesa Bertrán u Cristina Farrán Morenilla
Konvenuta: Novacaixagalicia
Domandi preliminari
(1)
Jekk istituzzjoni ta’ kreditu tipproponi lil klijent, li miegħu qabel tkun iffirmat kuntratt ta’ self ipotekarju, tpartit tar-rata’ ta’ interessi sabiex jiġi kopert ir-riskju ta’ varjazzjoni tar-rata ta’ interessi tat-tranżazzjoni preċedenti, dan għandu jiġi kkunsidrat bħala parir dwar investiment skont id-definizzjoni tal-Artikolu 4(1)(1) tad-Direttiva 2004/39/KE?
(2)
In-nuqqas tat-test ta’ adattabbiltà skont l-Artikolu 19(4) tal-imsemmija direttiva għal investitur bl-imnut, għandu jiddetermina n-nullità assoluta tat-tpartit finazjarju ta’ interessi li sar bejn l-investitur u l-istituzzjoni ta’ kreditu li tat il-parir?
(3)
Jekk is-servizz ipprovdut f’dawn it-termini ma jitqiesx bħala parir dwar investiment, is-sempliċi fatt li jsir l-l-akkwist ta’ strument finanzjarju kumpless bħat-tpartit ta’ interessi mingħajr ma jsir it-test ta’ konvenjenza previst fl-Artikolu 19(5) tad-Direttiva 2004/39/KE, għal raġunijiet attribwibbli għall-ammont tal-investiment, għandu jiddetermina n-nullità assoluta tal-kuntratt ta’ akkwist iffirmat mal-istess ituzzjoni ta’ kreditu?
(4)
Skont l-Artikolu 19(9) tad-Direttiva MiFID, is-sempliċi fatt li istituzzjoni ta’ kreditu toffri strument finanzjarju kumpless marbut ma’ self ipotekarju, huwa raġuni biżżejjed sabiex tiġi eskluża l-applikazzjoni tal-obbligu li jsir it-test ta’ adegwatezza u ta’ konvenjenza li jipprovdi l-imsemmi Artikolu 19 li l-entità ta’ investiment għandha tagħmel lill-investitur bl-imnut?
(5)
Sabiex tiġi eskluża l-applikazzjoni tal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 2004/39/KE, huwa meħtieġ li l-prodott finanzjarju li huwa marbut mal-istrument finanzjarju offrut jiġi suġġett għall-istandards legali ta’ protezzjoni tal-investitur simili għal dawk stabbiliti mill-imsemmija direttiva?
Full & Egal Universal Law Academy