8.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 298/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen Sad Varna (il-Bulgarija) fit-18 ta’ Lulju 2011 — M SAT CABLE AD vs Nachalnik na Mitnicheski punkt Varna Zapad pri Mitnitsa Varna
(Kawża C-382/11)
2011/C 298/24
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen Sad Varna
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: M SAT CABLE AD
Konvenuti: Nachalnik na Mitnicheski punkt Varna Zapad pri Mitnitsa Varna
Domandi preliminari
(1)
X’għandu jinftiehem b’“internet” fis-sens tan-Nota ta’ Spjega tan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej għall-2009 (Regolament tal-Kummissjoni Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008), ippubblikati fit-30 ta’ Mejju 2008 (C 133, p. 1, emenda dwar is-subintestaturi 8528 90 00, 8528 71 13 u 8528 71 90), sabiex merkanzija tiġi kklassifikata taħt il-kodiċi TARIC 8528711300?
(2)
X’għandu jinftiehem b’ “modem” fis-sens tan-Nota ta’ Spjega tan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej għall-2009 (Regolament tal-Kummissjoni Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008), ippubblikati fit-30 ta’ Mejju 2008 (C 133, p. 1, emenda dwar is-subintestaturi 8528 90 00, 8528 71 13 u 8528 71 90), sabiex merkanzija tiġi kklassifikata taħt il-kodiċi TARIC 8528711300?
(3)
X’għandu jinftiehem b’ “modulazzjoni” u “demodulazzjoni” fis-sens tan-Nota ta’ Spjega tan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej għall-2009 (Regolament tal-Kummissjoni Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008), ippubblikati fit-30 ta’ Mejju 2008 (C 133, p. 1, emenda dwar is-subintestaturi 8528 90 00, 8528 71 13 u 8528 71 90), sabiex merkanzija tiġi kklassifikata taħt il-kodiċi TARIC 8528711300?
(4)
Skont liema funzjoni prinċipali tal-apparat ikkwalifikat bħala mudell separat TF6100EMC jaqbel li ssir il-klassifikazzjoni tariffarja tiegħu: ir-riċezzjoni ta’ sinjali tat-televiżjoni jew l-użu, għall-aċċess għall-internet, ta’ modem li jippermetti skambju ta’ informazzjoni interattiv?
(5)
Jekk il-funzjoni prinċipali (bażika) tal-apparat ikkwalifikat bħala mudell separat TF6199EMC tikkonsisti fl-użu, għall-aċċess għall-internet, ta’ modem li jippermetti skambju ta’ informazzjoni interattiv, it-tip ta’ modulazzjoni u demodulazzjoni li jsir permezz tal-modem u t-tip ta’ modem użat huma important għall-klassifikazzjoni tariffarja, jew huwa biżżejjed li l-modem jippermetti l-aċċess għall-internet?
(6)
Huwa permess għall-awtoritajiet doganali li jibdlu l-klassifikazzjoni tariffarja ta’ prodott partikolari mingħajr ma jagħmlu verifika fiżika tal-merkanzija importata u anki jekk ir-rapport tal-espert inkiteb sempliċement abbażi ta’ provi bil-miktub, jiġifieri l-manwal għall-użu, il-karatteristiċi tekniċi, u l-eżami ta’ apparat tal-istess produttur li għandu l-istess numru iżda li joriġina minn importazzjoni oħra?
(7)
F’liema intestatura u taħt liema kodiċi għandu jiġi kklassifikat apparat li jikkorrispondi għad-deskrizzjoni tal-mudell TF6199EMC?
(8)
Jekk mudell separat li jikkorrispondi għad-deskrizzjoni tal-mudell TF6199EMC għandu jiġi kklassifkat taħt is-subintestatura NM 8521 90 00, il-ġbir ta’ dazju doganali b’rata pożitiva huwa legali skont id-dritt Komunitarju, jekk jikkostitwixxi ksur tal-obbligi tal-Komunità skont il-Ftehim dwar il-kummerċ fil-prodotti tat-teknoloġija tal-informatika Parti II(b) tal-Ftehim Komunitarju dwar it-Tariffi u l-Kummerċ, jew il-klassifika fl-intestatura 8521 twassal għall-konklużjoni li l-mudell separat TF6100EMC ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-ftehim dwar it-tariffi doganali u l-kummerċ?
Full & Egal Universal Law Academy