8.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 298/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad — Varna (il-Bulgarija) fit-18 ta’ Lulju 2011 — “Digitalnet” OOD vs Nachalnik na Mitnicheski punkt — Varna Zapad pri Mitnitsi Varna
(Kawża C-383/11)
2011/C 298/25
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad — Varna
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:“Digitalnet” OOD
Konvenut: Nachalnik na Mitnicheski punkt — Varna Zapad pri Mitnitsi Varna
Domandi preliminari
(1)
X’għandu jinftiehem bit-termini “modem” u “aċċess għall-internet” fis-sens tas-subintestatura 8528 71 13 tan-Nomenklatura Magħquda 2009 [Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008 (1)] u tan-Nota ta’ Spjega tagħha?
(2)
Liema hija l-funzjoni prinċipali (ta’ bażi) tal-apparat indikat bħala set-top box, li fuq il-bażi tagħha għandha ssir il-klassifikazzjoni tariffarja: ir-riċezzjoni ta’ sinjali tat-televiżjoni jew l-użu ta’ modem li jippermetti skambju interattiv ta’ informazzjoni għall-finijiet tal-aċċess għall-internet?
(3)
Jekk il-funzjoni prinċipali (ta’ bażi) tal-apparat indikat bħala set-top box tikkonsisti fl-użu ta’ modem li jippermetti skambju interattiv ta’ informazzjoni għall-finijiet tal-aċċess għall-internet, it-tip ta’ modulazzjoni u ta’ demodulazzjoni applikati permezz tal-modem u t-tip ta’ modem użat huma rilevanti fir-rigward tal-klassifikazzjoni tariffarja, jew huwa suffiċjenti li dan jippermetti l-aċċess għall-internet?
(4)
L-awtoritajiet tad-dwana jistgħu jibdlu l-klassifikazzjoni tariffarja ta’ merkanzija partikolari mingħajr ma jagħmlu verifika fiżika tal-merkanzija importata u meta r-rapport tekniku jkun sar biss fuq il-bażi ta’ provi bil-miktub, jiġifieri l-manwal tal-użu, karatteristiċi tekniċi u verifika ta’ apparat li jkun oriġina mill-istess manifattur u li jkollu l-istess numru, iżda jkun ġej minn importazzjoni oħra?
(5)
Fid-dawl tal-karatteristiċi tekniċi tal-merkanzija inkwistjoni (set-top box), ikkonstatati matul il-proċedura fil-kawża prinċipali, taħt liema kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda 2009 [Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008, ĠU L 291, p. 1] għandha din tiġi kklassifikata?
(1) ĠU L 291, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy