22.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/18
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud fit-22 ta’ Lulju 2011 — CS AGRO Ronov s.r.o. vs Ministerstvo zemědělství
(Kawża C-390/11)
2011/C 311/28
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: CS AGRO Ronov s.r.o.
Konvenut: Ministerstvo zemědělství
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 4a(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 (1), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1261/2007, għandu jiġi interpretat fis-sens li, impenn tal-produttur li jwaqqaf il-kunsinna ta’ ċerta kwantità ta’ pitravi tal-kwota lill-impriżi li magħhom huwa kkonkluda kuntratt ta’ kunsinna matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti, ifisser dikjarazzjoni unilaterali tal-produttur li tipprovdi li huwa ma huwiex ser iforni pitravi taz-zokkor matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009, jew ifisser xoljiment bil-miktub tar-relazzjoni kuntrattwali bejn il-produttur u l-impriża taz-zokkor li tikkonċerna l-kunsinna ta’ pitravi taz-zokkor għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmja?
(2)
Il-fatt li parti fil-kuntratt tuża approċċ stabbilit minn dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni Ewropea direttament applikabbli jista’ jkollu bħala konsegwenza n-nuqqas ta’ applikabbiltà tal-impenn ta’ din il-parti, ibbażat fuq kuntratt validu konkluż bejn suġġetti għal dritt privat, jekk dan il-fatt iwassal sabiex il-parti l-oħra fil-kuntratt tingħata fondi mill-baġit tal-Istat?
(1) ĠU L 335M, p. 29.
Full & Egal Universal Law Academy