15.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/4
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-391/11)
2011/C 305/05
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia u A. Marghelis, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju
Talbiet tal-parti rikorrenti
—
tikkonstata li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jiżgura li d-dispożizzjonijiet tal-punti (1) u (3) tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 5(1), (2) u (4) tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Settembru 2000, dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (1) huma trasposti korrettement, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-direttiva msemmija;
—
tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2000/53/KE skada fil-21 ta’ April 2002. Issa, fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenut kien għadu ma adottax il-miżuri kollha neċessarji sabiex jittrasponi d-direttiva jew, f’kull każ, ma kienx informa b’dan lill-Kummissjoni.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 224.
Full & Egal Universal Law Academy