22.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/18
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Lulju 2011 — BLV Wohn- und Gewerbebau GmbH vs Finanzamt Lüdenscheid
(Kawża C-395/11)
2011/C 311/29
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: BLV Wohn- und Gewerbebau GmbH
Konvenut: Finanzamt Lüdenscheid
Domandi preliminari
(1)
Apparti s-servizzi, il-kunċett ta’ xogħol ta’ kostruzzjoni, kif mifhum fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni 2004/290/KE (1), jinkludi wkoll il-provvisti ta’ beni?
(2)
Fil-każ li l-awtorizzazzjoni li d-destinatarju tal-operazzjoni jitqies taxxabbli tkopri wkoll il-provvisti:
L-Istat Membru destinatarju tad-deċiżjoni jista’ jeżerċita l-awtorizzazzjoni biss b’mod parzjali għal ċerti kategoriji (bħalma huma d-diversi tipi ta’ xogħol ta’ kostruzzjoni) u għall-operazzjonijiet ipprovduti lil ċerti destinatarji?
(3)
Fil-każ li l-Istat Membru jista’ jistabbilixxi kategoriji: l-Istat Membru huwa suġġett għal restrizzjonijiet meta jistabbilixxi dawn il-kategoriji?
(4)
Fil-każ li l-Istat Membru ma jistax jistabbilixxi kategoriji, b’mod ġenerali (domanda 2) jew minħabba r-restrizzjonijiet li ma jkunx osserva (domanda 3):
(a)
Xi jkunu l-konsegwenzi ġuridiċi tal-istabbiliment illegali ta’ kategoriji?
(b)
L-istabbiliment illegali ta’ kategoriji għandu l-effett li jimpedixxi l-applikazzjoni tad-dispożizzjoni nazzjonali fl-intier tagħha jew biss għall-benefiċċju ta’ ċerti persuni taxxabbli?
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/290/KE, tat-30 ta’ Marzu 2004, li tawtorizza lill-Ġermanja tapplika miżura li tidderoga mill-Artikolu 21 tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (ĠU L 94, p. 59).
Full & Egal Universal Law Academy