7.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/2
Appell ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2011 minn Jager & Polacek GmbH kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Mejju 2011 fil-Kawża T-488/09 — Jager & Polacek GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
(Kawża C-402/11 P)
2012/C 6/02
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Jager & Polacek GmbH (rappreżentant: A. Renck, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha
(1)
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Mejju 2011 (Każ T-488/09);
(2)
tikkundanna lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tal-ewwel istanza.
Aggravji u argumenti prinċipali
Ir-rekwiżit tal-protezzjoni legali effettiva jeħtieġ li l-avviż inkwistjoni tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, li permezz tiegħu l-oppożizzjoni tal-appellanti ġiet iddikjarata ammissibbli, jiġi kkunsidrat bħala deċiżjoni u li l-proċedimenti ta’ oppożizzjoni jitkomplew. L-opinjoni opposta tal-Qorti Ġenerali hija vvizzjata bi żball ta’ liġi u hija bbażata fuq sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja li ma humiex applikabbli f’dan il-każ.
Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkonstatat li avviż ma jistax jikkostitwixxi deċiżjoni. Huwa iktar korrett li deċiżjoni tista’ wkoll tiġi inkluża f’avviż.
Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali ma kinitx iġġustifikat biżżejjed għalfejn ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark inkwistjoni hija irrilevanti għall-proċeduri preżenti.
Full & Egal Universal Law Academy