22.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/20
Appell ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2011 minn Atlas Transport GmbH kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Mejju 2011 fil-Kawża T-145/08 — Atlas Transport GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni); il-parti l-oħra: Atlas Air Inc.
(Kawża C-406/11 P)
2011/C 311/33
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Atlas Transport GmbH (rappreżentant: K. Schmidt-Hern, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u Atlas Air Inc.
Talbiet tal-appellanti
—
tannnulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, fil-Kawża T-145/08, tas-16 ta’ Mejju 2011,
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-24 ta’ Jannar 2008 (Każ R 1023/2007-1),
—
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.
Aggravji u argumenti prinċipali
Bid-deċiżjoni kkontestata, l-UASI u l-Qorti Ġenerali kisru t-tielet sentenza tal-Artikolu 59 tar-Regolament Nru 40/94, dwar it-trade mark Komunitarja, li jirregola l-obbligu ta’ motivazzjoni tal-appell. Bid-deċiżjoni kkontestata, l-UASI u l-Qorti Ġenerali kisru wkoll l-Artikolu 60 tar-Regolament Nru 40/94 kif ukoll ir-Regola 20(7) tar-Regolament Nru 2868/96, li jimplimenta r-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, applikata b’analoġija, kif ukoll prinċipji rikonoxxuti mid-dritt tal-Istati Membri. Kien imperattiv li l-proċedimenti quddiem l-UASI jiġu sospiżi, billi t-terminu għall-preżentata tal-appell kien għadu ma ntemmx.
Full & Egal Universal Law Academy