22.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Münster (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Awwissu 2011 — Proċeduri kriminali kontra Thomas Karl-Heinz Kerkhoff
(Kawża C-408/11)
2011/C 311/34
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Münster
Partijiet fil-kawża prinċipali
Thomas Karl-Heinz Kerkhoff
Staatsanwaltschaft Münster
Domanda preliminari
L-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, Stat Membru jista’ jirrifjuta li jirrikonoxxi b’mod permanenti liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor lil sewwieq li l-liċenza tas-sewqan tiegħu kienet diġà ġiet irtirata fl-ewwel Stat Membru meta ma kien impost ebda perijodu ta’ projbizzjoni distint fir-rigward tal-ħruġ ta’ liċenzja tas-sewqan ġdida jew meta l-perijodu ta’ projbizzjoni impost kien sadanittant skada?
(1) Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar il-liċenzji tas-sewqan (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 403, p.18).
Full & Egal Universal Law Academy