1.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 290/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Barcelona (Spanja) fl-1 ta’ Awwissu 2011 — Pedro Espada Sánchez et vs Iberia Líneas Aéreas de España S.A.
(Kawża C-410/11)
2011/C 290/11
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de Barcelona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pedro Espada Sánchez et
Konvenuta: Iberia Líneas Aéreas de España S.A.
Domandi preliminari
(1)
Il-limitu ta’ 1 000 Dritt Speċjali tal-Ġbid għal kull passiġġier, stabbilit fl-Artikolu 22(2) tal-Konvenzjoni ta’ Montréal għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-trasport Internazzjonali bl-Ajru, relatat mar-responsabbiltà tat-trasportatur fil-każ ta’ distruzzjoni, telf jew dannu lill-bagalji, flimkien mal-Artikolu 3(3) ta’ din l-istess konvenzjoni, għandu jiġi interpretat bħala li jirrappreżenta limitu applikabbli għal kull wieħed mill-passiġġieri meta diversi passiġġieri jivjaġġaw flimkien u jirreġistraw flimkien il-bagalji komuni tagħhom, minkejja l-fatt li n-numru ta’ bagalji rreġistrati huwa inqas min-numru effettiv ta’ passiġġieri?
(2)
Jew inkella, bil-kontra ta’ dan, il-limitu ta’ kumpens stabbilit fl-imsemmija dispożizzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li, għal kull bagalja rreġistrata, jista’ jkun hemm biss passiġġier wieħed li jkollu d-dritt li jeżiġi l-kumpens u li, konsegwentement, il-limitu ta’ kumpens huwa stabbilit għal passiġier wieħed, anki jekk ikun paċifiku li l-bagalja mitlufa hija koperta minn skeda ta’ identifikazzjoni unika li tikkorrispondi għal iktar minn passiġġier wieħed?
Full & Egal Universal Law Academy