29.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Awwissu 2011 — Germanwings GmbH vs Amend
(Kawża C-413/11)
2011/C 319/16
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Köln
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Germanwings GmbH
Konvenut: Amend
Domandi preliminari
Huwa kompatibbli mal-prinċipju tas-separazzjoni tal-poteri fi ħdan l-Unjoni Ewropea li, sabiex tevita differenza fit-trattament li tkun teżisti fil-każ kuntrarju, il-Qorti tal-Ġustizzja tinterpreta r-Regolament Nru 261/2004 (1) fis-sens li l-passiġġier li huwa affettwat b’sempliċi dewmien ta’ iktar minn tliet sigħat għandu dritt għal kumpens skont l-Artikolu 7 tar-Regolament, minkejja li r-Regolament jipprovdi tali dritt biss fil-każ ta’ rifjut ta’ imbarkament jew annullament tat-titjira riżervata filwaqt li, f’każ ta’ dewmien, jillimita d-dritt tal-passiġġier għal assistenza skont l-Artikolu 9 tar-Regolament kif ukoll — jekk id-dewmien ikun ta’ iktar minn ħames sigħat — għal assistenza fis-sens tal-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament?
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10)
Full & Egal Universal Law Academy