22.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/25
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Ireland (l-Irlanda) fis-16 ta’ Awwissu 2011 — Margaret Kenny et. vs Minister for Justice, Equality and Law Reform, Minister for Finance, Commissioner of An Garda Síochána
(Kawża C-427/11)
2011/C 311/41
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Ireland
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Margaret Kenny, Patricia Quinn, Nuala Condon, Eileen Norton, Ursula Ennis, Loretta Barrett, Joan Healy, Kathleen Coyne, Sharon Fitzpatrick, Breda Fitzpatrick, Sandra Hennelly, Marian Troy, Antoinette Fitzpatrick, Helena Gatley
Konvenuti: Minister for Justice, Equality and Law Reform, Minister for Finance, Commissioner of An Garda Síochána
Domandi preliminari
(1)
F’ċirkustanzi fejn prima facie tkun teżisti diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq is-sess li tkun taffettwa l-paga, bi ksur tal-Artikolu 141 (li issa sar l-Artikolu 157 TFUE) u tad-Direttiva tal-Kunsill 75/117/KEE (1), sabiex tiġi stabbilita ġustifikazzjoni oġġettiva, min iħaddem għandu jipprovdi:
(a)
ġustifikazzjoni fir-rigward tar-rekultaġġ ta’ ħaddiema li jissostitwixxu fil-pożizzjonijiet okkupati minnhom;
(b)
ġustifikazzjoni għall-ħlas ta’ paga bbażata fuq rata ogħla lill-ħaddiema li jissostitwixxu; jew
(c)
ġustifikazzjoni għal ħlas ta’ paga bbażata fuq rata iktar baxxa lir-rikorrenti?
(2)
F’ċirkustanzi fejn prima facie tkun teżisti diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq is-sess li tkun taffettwa l-paga, sabiex tiġi stabbilita ġustifikazzjoni oġġettiva, min iħaddem għandu jipprovdi ġustifikazzjoni fir-rigward:
(a)
tal-ħaddiema speċifiċi li jissostitwixxu msemmija mir-rikorrenti u/jew
(b)
tal-ġeneralità tal-pożizzjonijiet li jiġu ssostitwiti?
(3)
Jekk ir-risposta għad-domanda 2(b) tkun fl-affermattiv, il-ġustifikazzjoni oġġettiva xorta tkun stabbilita minkejja li tali ġustifikazzjoni ma tkunx tapplika għall-ħaddiema magħżula li jissostitwixxu?
(4)
Il-Labour Court wettqet żball, skont id-dritt Komunitarju, meta aċċettat li setgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni l-“interessi ta’ relazzjonijiet industrijali tajba” fid-determinazzjoni jekk min iħaddem jistax jiġġustifika b’mod oġġettiv id-differenza fil-paga?
(5)
F’ċirkustanzi fejn prima facie tkun teżisti diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq is-sess li tkun taffettwa l-paga, tista’ tiġi stabbilita ġustifikazzjoni oġġettiva abbażi tat-tħassib min-naħa tal-konvenut fir-rigward tar-relazzjonijiet industrijali? Tali tħassib għandu jkollu xi rilevanza fir-rigward ta’ evalwazzjoni ta’ ġustifikazzjoni oġġettiva?
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 75/117/KEE, tal-10 ta’ Frar 1975, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ndaqs għall-irġiel u għan-nisa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 179)
Full & Egal Universal Law Academy