12.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Awwissu 2011 — Sandra Schüsslbauer, Martin Schüsslbauer, Maximilian Schüsslbauer vs Iberia Líneas Aéreas de España SA
(Kawża C-436/11)
2011/C 331/15
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sandra Schüsslbauer, Martin Schüsslbauer, Maximilian Schüsslbauer
Konvenuta: Iberia Líneas Aéreas de España SA
Domanda preliminari
Il-passiġġier huwa intitolat għal kumpens taħt l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1) meta t-titjira titlaq b’dewmien li jkun fil-limiti stabbiliti mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament iżda tasal fid-destinazzjoni finali minn tal-inqas tliet sigħat wara l-ħin skedat?
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10)
Full & Egal Universal Law Academy