26.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Awwissu 2011 — Lagura Vermögensverwaltungs GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Hafen
(Kawża C-438/11)
2011/C 347/12
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lagura Vermögensverwaltungs GmbH
Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Hafen
Domanda preliminari
F’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, jiġifieri li l-awtoritajiet tal-Istat terz ma għandhomx iktar il-possibbiltà li jivverifikaw jekk iċ-ċertifikat maħruġ minnhom huwiex ibbażat fuq preżentazzjoni korretta tal-fatti, il-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa għandha tiġi rrifjutata l-possibbiltà li tinvoka l-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi skont it-tieni u t-tielet inċiż tal-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi Doganali (1) jekk iċ-ċirkustanzi li wasslu għall-impossibbiltà li tiġi vverifikata l-korrettezza taċ-ċertifikat ta’ oriġini jaqgħu taħt il-kontroll tal-esportatur jew inkella t-trasferiment, mill-awtoritajiet doganali lill-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa, tal-oneru tal-prova fil-kuntest tal-ewwel parti tat-tielet inċiż tal-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi Doganali jimplika biss, jew b’mod iktar preċiż: pjuttost li l-kawża ta’ din l-impossibbiltà ma taqax taħt il-kontroll tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur jew tikkonsisti f’negliġenza attribwibbli biss lill-esportatur?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Novembru 2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 10, p. 239).
Full & Egal Universal Law Academy