22.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/27
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (ir-Renju Unit) fis-26 ta’ Awwissu 2011 — Novartis AG vs Actavis UK Ltd
(Kawża C-442/11)
2011/C 311/44
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (Chancery Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Novartis AG
Konvenuta: Actavis UK Ltd
Domandi preliminari
Fejn ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari jingħata lil prodott kif iddefinit mir-Regolament (KE) Nru 469/2009 (1) għal ingredjent attiv, id-drittijiet mogħtija minn dan iċ-ċertifikat skont l-Artikolu 5 tar-Regolament fir-rigward tas-suġġett tal-protezzjoni kif ddefinit mill-Artikolu 4 tar-Regolament huma miksura:
(i)
minn prodott mediċinali li jkun fih dak l-ingredjent attiv (f’dan il-każ valsartan) b’kombinazzjoni ma’ wieħed jew aktar ingredjenti attivi oħra (f’dan il-każ hydrochlorothiazide); jew
(ii)
biss minn prodott mediċinali li jkun fih dak l-ingredjent attiv (f’dan il-każ valsartan) bħala l-uniku ingredjent attiv?
(1) Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU L 152, p. 1)
Full & Egal Universal Law Academy