22.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/29
Appell ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2011 minn Solvay Solexis SpA kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) tas-16 ta’ Ġunju 2011, Kawża T-195/06, Solvay Solexis vs Il-Kummisjoni
(Kawża C-449/11 P)
2011/C 311/48
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Solvay Solexis SpA (rappreżentanti: T. Salonico, G.L. Zampa u G. Barone, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha;
—
tannulla s-sentenza appellata u d-deċiżjoni sa fejn jikkonstataw il-parteċipazzjoni ta’ Ausimont fil-ksur qabel Mejju-Settembru 1997, u konsegwentement tikkalkola mill-ġdid il-multa imposta fuq l-appellanti fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni;
—
tannulla s-sentenza appellata u d-deċiżjoni sa fejn, b’riferiment għall-perijodu wara Mejju-Settembru 1997, ma huwiex rikonoxxut il-livell gravità ridotta tal-aġir ta’ Ausimont minħabba n-nuqqas ta’ parteċipazzjoni tagħha fil-ftehim dwar il-limitazzjoni tal-kapaċitajiet u sa fejn jikklassifikawha taħt kategorija żbaljata għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ammont bażiku tal-multa u, konsegwentement, tikkalkola mill-ġdid il-multa imposta fuq l-appellanti fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni; jew,
—
sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata sa fejn tirrigwarda l-punti 1 u 2 u tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal deċiżjoni ġdida;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċedura.
Aggravji u argumenti prinċipali
I.
Ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1/2003 (1), motivazzjoni kontradittorja u insuffiċjenti, flimkien ma’ żnaturament manifest tal-provi, sa fejn ma jirriżultax ipprovat li l-aġir ta’ Ausimont minn Mejju 1995 sa Mejju-Settembru 1997 jista’ jiġi kkwalifikat bħala parti minn “ftehim” jew minn “prattika miftiehma”, u lanqas ma jirriżulta li hija motivata ċ-ċaħda tal-provi oġġettivi prodotti mill-appellanti li juru l-aġir ferm kompetittiv u indipendenti ta’ Ausiment matul dan il-perijodu.
II.
Ksur tal-prinċipji ta’ trattament ugwali, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ ċertezza legali, speċjalment fid-dawl tan-nuqqas ta’ osservanza tal-linji gwida tal-1998 dwar il-kalkolu tal-multi (2), kif ukoll nuqqas ta’ motivazzjoni u żnaturament manifest tal-provi, fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur ta’ Ausimont u tad-determinazzjoni tas-sanzjoni tagħha.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 171
Full & Egal Universal Law Academy