26.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Gießen (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Settembru 2011 — Natthaya Dülger vs Wetteraukreis
(Kawża C-451/11)
2011/C 347/15
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Gießen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Natthaya Dülger
Konvenut: Wetteraukreis
Domanda preliminari
Ċittadina Taljandiża, li kienet miżżewġa lil ċittadin Tork li jagħmel parti mis-suq regolari tax-xogħol ta’ Stat Membru u li, wara li kienet awtorizzata tingħaqad miegħu, għexet miegħu għal iktar minn tliet snin mingħajr waqfien, tista’ tinvoka d-drittijiet stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KEE- Turkija, bil-konsegwenza li, minħabba l-effett dirett ta’ din id-dispożizzjoni, din iċ-ċittadina tgawdi minn dritt ta’ residenza?
Full & Egal Universal Law Academy