19.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 340/10
Appell ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2011 minn Timehouse GmbH kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Lulju 2011 fil-Kawża T-235/10 — Timehouse GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-453/11 P)
2011/C 340/16
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Timehouse GmbH (rappreżentant: V. Knies, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tannulla, fl-intier tagħha, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-6 ta’ Lulju 2011 fil-Kawża T-235/10, kif ukoll id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-11 ta’ Marzu 2010 fil-Każ R 0942/2009-1 u tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż;
—
sussidjarjament, tannulla, fl-intier tagħha, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-6 ta’ Lulju 2011 (T-235/10), u tirrinvija l-proċeduri quddiem il-qorti tal-ewwel istanza għal deċiżjoni fuq il-mertu, fid-dawl tal-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż tal-appell.
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea ma applikatx b’mod tajjeb l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1) għall-evalwazzjoni tal-kriterju tal-karattru distintiv tad-dehra ġenerali tat-trade mark 7 378 888 għall-prodotti li jridu jiġu rreġistati “Ġojjelli, ħaġar prezzjuż; strumenti li juru l-ħin u kronometriċi” billi sabiex tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha eżaminat biss in-nuqqas ta’ karattru distintiv tal-komponenti individwali tat-trade mark. Permezz tal-konklużjoni (tal-allegat) nuqqas ta’ karattru distintiv tal-komponenti individwali tat-trade mark fir-rigward tan-nuqqas ta’ karattru distintiv tat-trade mark fid-dehra ġenerali tagħha, id-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq suppożizzjoni/konklużjoni inammissibbli li l-komponenti individwali tat-trade mark ma kinux distinti u li dan seta’ wkoll jirriżulta mill-kombinazzjoni tal-elementi tagħha ta’ natura distintiva. Barra minn hekk, id-deċiżjoni żbaljata tal-Bord tal-Appell ġiet ikkonfermata mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, minkejja li t-trade mark għandha karattru distintiv.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy