12.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Bremen (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Settembru 2011 — Gothaer Allgemeine Versicherung AG, ERGO Versicherung AG, Versicherungskammer Bayern-Versicherungsanstalt des öffentlichen Rechts, Nürnberger Allgemeine Versicherungs AG, Krones AG vs Samskip GmbH
(Kawża C-456/11)
2011/C 331/20
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Bremen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gothaer Allgemeine Versicherung AG, ERGO Versicherung AG, Versicherungskammer Bayern-Versicherungsanstalt des öffentlichen Rechts, Nürnberger Allgemeine Versicherungs AG, Krones AG
Konvenuta: Samskip GmbH
Domandi preliminari
(1)
L-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament Brussell I (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kunċett ta “sentenza” fil-prinċipju jinkludi wkoll is-sentenzi li sempliċement jiddikjaraw li ma humiex sodisfatti r-rekwiżiti ta’ ammissibbiltà tal-proċedura (magħrufa bħala sentenzi ta’ ammissibbiltà)?
(2)
L-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament Brussell I għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kunċett ta “sentenza” fil-prinċipju jinkludi wkoll sentenza li ttemm l-istanza u li permezz tagħha tiġi miċħuda l-ġurisdizzjoni internazzjonali minħabba ftehim dwar il-ġurisdizzjoni?
(3)
L-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament Brussell I għandhom jiġu interpretati fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq il-prinċipju tal-estensjoni tal-effetti (sentenza tal-4 ta’ Frar 1988, Hoffmann, C-145/86, Ġabra p. 645), fis-sens li l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu d-deċiżjonijiet tal-qrati ta’ Stati Membri oħra dwar l-effettività ta’ ftehim dwar il-ġurisdizzjoni bejn il-partijiet meta, taħt il-liġi nazzjonali tal-ewwel qorti, id-dikjarazzjoni dwar l-effettività ta’ ftehim dwar il-ġurisdizzjoni hija res judicata, anki jekk is-sentenza f’dan ir-rigward hija parti ta’ riżoluzzjoni ta’ ammissibbiltà li tiċħad tali talba?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).
Full & Egal Universal Law Academy