19.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 340/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iStockholms tingsrätt (l-Isvezja) fit-2 ta’ Settembru 2011 — Ulf Kazimierz Radziejewski vs Kronofogdemyndigheten i Stockholm
(Kawża C-461/11)
2011/C 340/17
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Stockholms tingsrätt (l-Isvezja).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ulf Kazimierz Radziejewski.
Konvenuta: Kronofogdemyndigheten i Stockholm.
Domanda preliminari
Ir-rekwiżit ta’ residenza fl-Isvezja li jinasb fl-Artikolu 4 tal-iSkuldsaneringslagen (2006:548) (Liġi Nru 548 tal-2006 dwar il-ħelsien totali jew parzjali mid-dejn) jista’ jitqies li huwa ta’ natura li jipprekludi jew jiddiswadi ħaddiem milli jitlaq mill-Isvezja sabiex jeżerċita d-dritt tiegħu għal moviment liberu u, għalhekk, li jmur kontra l-prinċipju tal-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni Ewropea stabbilit fl-Artikolu 45 TFUE?
Full & Egal Universal Law Academy