12.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Dâmbovița (ir-Rumanija) fil-5 ta’ Settembru 2011 — Victor Cozman vs Teatrul Municipal Târgoviște
(Kawża C-462/11)
2011/C 331/21
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Dâmbovița (ir-Rumanija).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Victor Cozman.
Konvenut: Teatrul Municipal Târgoviște.
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 1 tal-Protokoll Addizzjonali Nru 1 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti tnaqqis ta’ 25 % fir-remunerazzjoni tal-uffiċjali u tal-membri tal-persunal pubbliċi skont l-Artikolu 1(1) tal-Liġi Rumena Nru 118/2010 li tistabbilixxi ċerti miżuri neċessarji għall-istabbiliment mill-ġdid tal-bilanċ baġitarju (legea nr. 118/2010 privind unele măsuri necesare în vederea restabilirii echilibrului bugetar)?
(2)
Fil-każ ta’ risposta affermativa, id-dritt għar-remunerazzjoni huwa dritt assolut li jipprekludi lill-Istat milli jistabbilixxi ċerti restrizzjonijiet għal dan id-dritt?
Full & Egal Universal Law Academy