3.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Settembru 2011 — L vs M
(Kawża C-463/11)
(2011/C 355/13)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: L
Konvenut: M
Domanda preliminari
Stat Membru jeċċedi l-limiti tal-marġni ta’ diskrezzjoni tiegħu taħt l-Artikolu 3(4) u (5) tad-Direttiva 2001/42 (1) jekk, fir-rigward tal-pjanijiet tal-iżvilupp ta’ muniċipalità li jiddeterminaw l-użu ta’ żoni żgħar f’livell lokali u jistabbilixxu l-qafas għall-awtorizzazzjoni tal-iżvilupp fil-futur ta’ proġetti li ma jaqgħux fl-ambitu tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/42, jiddetermina — filwaqt li jikkunsidra l-kriterji rilevanti tal-Anness II tad-Direttiva — billi jispeċifika tip partikolari ta’ pjan ta’ żvilupp ikkaratterizzat minn limitu bbażat fuq id-daqs taż-żona u minn kundizzjoni kwalitattiva, li fir-redazzjoni ta’ tali pjan ta’ żvilupp għandha ssir deroga mid-dispożizzjonijiet proċedurali dwar l-evalwazzjoni ambjentali altrimenti applikabbli għall-pjanijiet tal-iżvilupp u jipprovdi wkoll li ksur ta’ dawn id-dispożizzjonijiet proċedurali li joriġina mill-fatt li l-muniċipalità evalwat b’mod żbaljat il-kundizzjoni kwalitattiva hija irrilevanti għall-validità legali ta’ pjan ta’ żvilupp ta’ dan it-tip partikolari?
(1) Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157).
Full & Egal Universal Law Academy