12.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/13
Appell ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2011 minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) mogħti fit-22 ta’ Ġunju 2011 fil-Kawża T-409/09: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-469/11 P)
2011/C 331/22
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentant: N. Korogiannakis, Δικηγόρος)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-409/09,
—
tiċħad fl-intier tagħha l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mressqa mill-Kummissjoni,
—
tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi l-mertu tal-kawża,
—
tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż legali u spejjeż oħra tal-appellanti inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedura inizjali, anke jekk l-appell preżenti huwa miċħud kif ukoll dawk tal-appell preżenti, fil-każ li dan jiġi milqugħ.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li d-digriet appellat għandu jiġi annullata għar-raġunijiet li ġejjin:
—
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ma applikatx id-dispożizzjoni tal-Artikolu 102(2) tar-Regoli tal-Proċedura li tirreferi għall-estensjoni, minħabba d-distanza, b’perijodu wieħed ta’10 ijiem għall-kawżi li jaslu biex jistabbilixxu r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-isituzzjonijiet Ewropej.
—
Il-Qorti Ġenerali, billi ma applikatx id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 102(2), kisret il-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ ċertezza legali.
—
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi aċċettat li l-perijodu ta’ preskrizzjoni beda jiddekorri minn meta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-offerta tal-appellanti ġiet ikkomunikata lill-appellanti.
Full & Egal Universal Law Academy