12.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāta (Ir-Repubblika tal-Latvja) fl-14 ta’ Settembru 2011 — SIA “Garkalns” vs Rīgas Dome
(Kawża C-470/11)
2011/C 331/23
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākās tiesas Senāta
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SIA “Garkalns”
Konvenut: Rīgas dome
Domanda preliminari
L-Artikolu 49 KE u l-obbligu ta’ trasparenza li huwa assoċjat miegħu għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-użu, f’liġi li ġiet ippromulgata b’mod pubbliku u minn qabel, ta’ kunċett legali indeterminat bħal “preġudizzju sostanziali għall-interessi tal-Istat u taċ-ċittadini tat-territorju amministrattivi ikkonċernat”, kunċett li l-kontenut tiegħu għandu, f’kull każ ta’ applikazzjoni individwali, jiġi ddeterminat permezz ta’ linji gwida ta’ interpretazzjoni, iżda li fl-istess ħin jippermetti ċerta flessibbiltà fl-evalwazzjoni tal-preġudizzju għal-libertà, huwa kompatibbli mar-restrizzjonijiet ammissibli għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi?
Full & Egal Universal Law Academy