17.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 370/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Bíróság (L-Ungerija) fis-16 ta’ Settembru 2011 — Banif Plus Bank Zrt. vs Csipai Csaba és Csipai Viktória
(Kawża C-472/11)
2011/C 370/26
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Banif Plus Bank Zrt.
Konvenuta: Csipai Csaba, Csipai Viktória
Domandi preliminari
(1)
Qorti nazzjonali taġixxix b’mod konsistenti mal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13/KEE (1) jekk, wara li tikkonstata n-natura inġusta ta’ kundizzjoni kuntrattwali ġenerali u fin-nuqqas ta’ talba f’dan is-sens mill-partijiet, hija tinformhom li tqis invalida r-raba’ sentenza tal-klawżola Nru 29 tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt ta’ self konkluż bejn il-partijiet fil-kawża? L-invalidità hija dovuta għan-nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet legali, jiġifieri [mal-Artikoli] 1(1)(ċ), u 2(j) tad-Digriet Governattiv Nru 18/1999 dwar il-kundizzjonijiet kuntrattwali inġusti.
(2)
Fiċ-ċirkustanzi msemmija fl-ewwel domanda, huwa possibbli li l-qorti nazzjonali tistieden lill-partijiet fil-kawża sabiex jippreżentaw dikjarazzjoni fir-rigward tal-imsemmija klawżola kuntrattwali, sabiex tkun tista’ tasal għall-konsegwenzi legali marbuta man-natura possibbilment inġusta tagħha u b’hekk jintlaħqu l-għanijiet tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13?
(3)
Fiċ-ċirkustanzi deskritti hawn fuq, meta tiġi eżaminata klawżola kuntrattwali inġusta, huwa possibbli li l-qorti nazzjonali teżamina l-klawżoli kollha tal-kuntratt jew hemm lok li jiġu eżaminati biss il-klawżoli li fuqhom il-parti kontraenti l-oħra tal-konsumatur tibbaża t-talba tagħha?
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2 p. 288.
Full & Egal Universal Law Academy