19.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 340/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (Id-Danimarka) fid-19 ta’ Settembru 2011 — HK Danmark bħala mandatarju ta’ Glennie Kristensen vs Experian A/S
(Kawża C-476/11)
2011/C 340/20
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Vestre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: HK Danmark bħala mandatarju ta’ Glennie Kristensen
Konvenuta: Experian A/S
Domandi preliminari
(1)
L-eċċezzjoni fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE (1) li tikkonċerna l-iffissar tal-limiti tal-età għall-ammissjoni fl-iskemi ta’ sigurtà soċjali professjonali għandha tiġi interpretata bħala awtorizzazzjoni lill-Istati Membri li jkunu ġeneralment jistgħu jagħmlu eċċezzjoni għall-iskemi ta’ sigurtà soċjali professjonali mill-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva dwar diskriminazzjoni diretta jew indiretta bbażata fuq l-età sa fejn din ma twassalx għal diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess?
(2)
L-eċċezzjoni fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE li tikkonċerna l-iffissar tal-limiti tal-età għall-ammissjoni fl-iskemi ta’ sigurtà soċjali professjonali għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix lil Stat Membru milli jżomm sitwazzjoni legali li fiha persuna li tħaddem tista’ tħallas, bħala parti mill-ħlas, kontribuzzjonijiet għall-pensjoni li huma maħduma skont l-età, u dan ikun jimplika pereżempju li l-persuna li tħaddem tħallas kontribuzzjoni għall-pensjoni ta’ 6 % għall-ħaddiema li għandhom inqas minn 35 sena, 8 % għall-ħaddiema li għandhom minn 35 sa 44 sena u 10 % għall-ħaddiema li għandhom iktar minn 45 sena, sa fejn dan ma jwassalx għal diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (Edizzjoni Speċjali bil-Malti; Kapitolu 5 Vol. 4, p. 79).
Full & Egal Universal Law Academy