26.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Argeș (ir-Rumanija) fl-20 ta’ Settembru 2011 — Andrei Emilian Boncea, Filofteia Catrinel Boncea, Adriana Boboc, Cornelia Mihăilescu vs Statul român — Ministerul Finanțelor Publice
(Kawża C-483/11)
2011/C 347/21
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Argeș.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Andrei Emilian Boncea, Filofteia Catrinel Boncea, Adriana Boboc Cornelia Mihăilescu.
Konvenut: Statul român — Ministerul Finanțelor Publice.
Domandi preliminari
(1)
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 tal-Liġi 221/2009, kif emendati bid-deċiżjoni tal-Curtea Constituțională Nru 1358 tal-21 ta’ Ottubru 2010, jiksru l-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u l-Artikolu 8 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem?
(2)
L-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u l-Artikolu 8 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li jiġi limitat id-dritt ta’ persuna li tkun ġiet issuġġettata għal kundanna politika permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li tmur kontra d-dispożizzjonijiet legali għall-kisba ta’ kumpens materjali għad-danni morali subiti?
Full & Egal Universal Law Academy