3.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Guimarães (il-Portugall) fit-22 ta’ Settembru 2011 — Jonathan Rodrigues Esteves vs Seguros Allianz Portugal SA
(Kawża C-486/11)
(2011/C 355/16)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal da Relação de Guimarães.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Jonathan Rodrigues Esteves
Konvenuta: Seguros Allianz Portugal SA
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 1a tat-Tielet Direttiva 90/232/KEE (1) introdott permezz tal-Artikolu 4 tal-Ħames Direttiva 2005/14/KE (2), u li jikkonċerna l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (kif jirriżulta mill-Artikoli 505 u 570 tal-Kodiċi Ċivili Portugiż), li tipprovdi li l-assigurazzjoni obbligatorja kontra r-responsabbiltà ċivili għal vetturi bil-mutur ma tkoprix ir-responsabbiltà għal danni korporali u materjali kkawżati lil ċiklist, f’inċident tat-traffiku, li fiha jkunu involuti vettura bil-mutur u rota, minkejja l-fatt li l-inċident huwa dovut esklużivament għall-aġir taċ-ċiklist?
(2)
Jekk ir-risposta tkun fl-affermattiv, jiġifieri, li tali esklużjoni ta’ kumpens tkun kontra d-dritt Komunitarju, l-interpretazzjoni tad-direttivi Komunitarji ċċitati iktar ’il fuq tmur kontra leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita jew tnaqqas dan il-kumpens, fid-dawl tat-tort taċ-ċiklist, minn naħa, u r-riskju tal-vettura bil-mutur, min-naħa l-oħra, fit-twettiq tal-inċident?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 249
(2) ĠU L 149, p. 14
Full & Egal Universal Law Academy