26.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā rajona tiesa (Ir-Repubblika tal-Latvja) fit-22 ta’ Settembru 2011 — Laimonis Treimanis vs Valsts ieņēmumu dienests
(Kawża C-487/11)
2011/C 347/23
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Administratīvā rajona tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Laimonis Treimanis
Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests
Domanda preliminari
L-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 918/83 (1) jipprojbixxi lill-proprjetarju ta’ vettura personali importata minn Stat terz fit-territorju tal-Unjoni Ewropea li jagħti l-imsemmija vettura, għall-finijiet tal-użu tagħha bla ħlas, lil membru tal-familja tiegħu li jkun effettivament ittrasferixxa r-residenza tiegħu minn Stat terz lejn l-Unjoni Ewropea u li kien jgħix mal-proprjetarju tal-vettura fl-istess dar fl-Istat terz qabel l-importazzjoni tal-vettura fl-Unjoni Ewropea, meta l-proprjetarju tal-vettura jirrisjedi prinċipalment f’dan l-Istat terz wara l-importazzjoni tal-imsemmija vettura fl-Unjoni Ewropea?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 1, p. 419.
Full & Egal Universal Law Academy