14.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof te Amsterdam (il Pajjiżi l-Baxxi) fit-23 ta’ Settembru 2011 — D.F.Asbeek Brusse & K. de Man Garabito vs Jahani BV
(Kawża C-488/11)
2012/C 13/06
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Gerechtshof te Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: D. F. Asbeek Brusse u K. de Man Garabito
Konvenuta: Jahani BV
Domandi preliminari
(1)
Lokatur professjonali tad-djar li jikri dar lil individwu jista’ jiġi kklassifikat bħala bejjiegħ [ta’ beni] jew bħala fornitur ta’ servizzi fis-sens tad-Direttiva? Kuntratt ta’ kiri bejn lokatur professjonali u lokatarju mhux professjonali jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva?
(2)
Il-fatt li l-Artikolu 6 tad-Direttiva għandu jitqies bħala norma ekwivalenti għar-regoli nazzjonali li, fi ħdan l-ordinament ġuridiku intern, għandhom in-natura ta’ normi ta’ ordni pubbliku, jagħti, fil-kuntest ta’ kawża bejn individwi, in-natura ta’ norma ta’ ordni pubbliku lil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ traspożizzjoni dwar il-klawżoli abbużivi b’mod li l-qorti nazzjonali, kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fl-appell, għandha s-setgħa u l-obbligu li teżamina ex officio (u, għaldaqstant, ultra petita wkoll) klawżola kuntrattwali fir-rigward tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ traspożizzjoni u li tiddikjara n-nullità tal-imsemmija klawżola jekk din tikkonstata n-natura abbużiva ta’ din il-klawżola?
(3)
Jekk individwu invoka b’mod effettiv is-setgħa moderattiva tal-qorti, iżda mhux il-possibbiltà li l-klawżola tiġi annullata, dan huwa konformi mal-effettività tad-dritt [tal-Unjoni] li l-qorti nazzjonali ma teskludix l-applikazzjoni ta’ klawżola kriminali li tikkostitwixxi klawżola abbużiva fis-sens tad-Direttiva, iżda timmodera biss l-ammont ta’ piena skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali?
Full & Egal Universal Law Academy