17.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 370/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hajdú-Bihar Megyei Bíróság (ir-Repubblika tal-Ungerija) fis-26 ta’ Settembru 2011 — IBIS S.r.l. vs PARTIUM ’70 Műanyagipari Zrt.
(Kawża C-490/11)
2011/C 370/27
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Hajdú-Bihar Megyei Bíróság (ir-Repubblika tal-Ungerija)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: IBIS S.r.l.
Konvenuta: PARTIUM ’70 Műanyagipari Zrt.
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 45(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti ta’ Stat Membru fejn ikun mitlub ir-rikonoxximent, fil-kuntest tal-appell imsemmi fl-Artikolu 45, tista’ tirrifjuta talba ta’ konstatazzjoni tal-forza eżekuttiva ta’ deċiżjoni barranija, jekk iċ-ċertifikat msemmi fl-Artikolu 54 ġie stabbilit mingħajr ma ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 66(2)(a) jew (b)?
(2)
Fl-ipoteżi ta’ risposta fl-affermattiv, kif għandu jiġi interpretat l-Artikolu 35(3) fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 66?
(3)
L-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament jippermetti l-possibbiltà ta’ rifjut ta’ applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ infurzar abbażi taċ-ċertifikat maħruġ mill-qorti ta’ oriġini, jekk ikun jidher mis-sentenza li fiha ngħata ċ-ċertifikat, li hemm klawżola ta’ arbitraġġ?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).
Full & Egal Universal Law Academy