26.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/18
Appell ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2011 minn Toshiba Corp. kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Lulju 2011 fil-Kawża T-113/07 — Toshiba Corp. vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-498/11 P)
2011/C 347/28
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Toshiba Corp. (rappreżentanti: J.F. MacLennan, Solicitor, A. Schulz, Rechtsanwalt, A. Dawes, Solicitor, S. Sakellariou, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tannulla s-sentenza appellata sa fejn tiċħad it-talba ta’ Toshiba għall-annullament tal-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata, u tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
sussidjarjament, tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq il-punti ta’ liġi; u, fi kwalunkwe każ,
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet diversi żbalji ta’ liġi meta ċaħdet it-talba tagħha għall-annullament tal-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata:
(a)
wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li d-dikjarazzjonijiet ta’ xhieda ipprovduti minn ABB setgħu jipprovaw l-eżistenza ta’ ftehim komuni;
(b)
wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li kien hemm kemm provi korroborattivi kif ukoll provi indiretti dwar l-eżistenza ta’ ftehim komuni;
(ċ)
wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat li Toshiba pparteċipat kemm fi ksur waħdieni kif ukoll fi ksur kontinwu; u
(d)
wettqet żball ta’ liġi billi kkonstatat li n-nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ diversi dikjarazzjonijiet ta’ xhieda li jiskaġunaw ma kienx jippreġudika d-drittijiet tad-difiża ta’ Toshiba.
Full & Egal Universal Law Academy