26.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-30 ta’ Settembru 2011 — Vivaio dei Molini Azienda Agricola Porro Savoldi ss vs Autorità per la Vigilanza sui Contratti Pubblici di lavori, servizi e forniture
(Kawża C-502/11)
2011/C 347/30
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vivaio dei Molini Azienda Agricola Porro Savoldi ss
Konvenuta: Autorità per la Vigilanza sui Contratti Pubblici di lavori, servizi e forniture
Domandi preliminari
(1)
L-ordinament Komunitarju u, b’mod partikolari, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 93/37/KEE (1) (iktar ’il quddiem: l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/18/KEE (2)), jipprekludi bħala prinċipju lil leġiżlazzjoni nazzjonali (bħall-Artikolu 10(1)(a) tal-Liġi 109 tal-1994 — li mbagħad sar l-Artikolu 34(1)(a) tad-Digriet Leġiżlattiv 163 tal-2006), milli tillimita biss lill-kumpanniji li jeżerċitaw attività kummerċjali milli jipparteċipaw fil-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi, b’tali mod li jeskludu lit-tali imprendituri (bħall-società semplici) li normalment u prevalentement ma jeżerċitawx tip ta’ attività bħal din, jew jirriżulta li din il-projbizzjoni hija raġonevoli u mhux diskriminatorju fid-dawl tar-regoli partikolari u tas-sistema partikolari tal-assi tas-“società semplici”?
Fil-każ li tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda, il-Qorti tal-Ġustizzja tiġi mistoqsija s-segwenti domanda ulterjuri:
(2)
L-ordinament Komunitarju u, b’mod partikolari, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 93/37/KEE (sussegwentement: l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/18/KEE), kif ukoll il-prinċipju ta’ libertà tal-forma ġuridika tas-suġġetti li tħallew jipparteċipaw fis-sejħa għall-offerti jippermetti lil leġiżlatur nazzjonali li jillimita l-kapaċità ġuridika ta’ imprenditur (jew, ta’ operatur ekonomiku, skont id-definizzjoni tad-Direttiva 2004/18/KE), b’kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi li jikkaratterizzaw il-liġi nazzjonali ta’ tali imprenditur, jipprekludu lill-imsemmi imprenditur milli jipparteċipa fis-sejħa pubblika għall-offerti, jew tali limitazzjoni tirriżulta li tikser il-prinċipji ta’ raġonevolezza u ta’ nondiskriminazzjoni?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 163.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.
Full & Egal Universal Law Academy