26.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/25
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Työtuomioistuin (il-Finlandja) fit-3 ta’ Ottubru 2011 — Ylemmät Toimihenkilöt YTN ry vs Teknologiateollisuus ry u Nokia Siemens Networks Oy
(Kawża C-513/11)
2011/C 347/36
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Työtuomioistuin (il-Finlandja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ylemmät Toimihenkilöt YTN ry.
Konvenuti: Teknologiateollisuus ry u Nokia Siemens Networks Oy.
Domanda preliminari
Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (1), kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (2), jipprekludu li ftehim kollettiv nazzjonali jiġi interpretat fis-sens li ħaddiema mara li tgħaddi minn leave għal raġunijiet ta’ tagħlim għal leave tal-maternità ma tibbenefikax, matul il-leave tal-maternità, mill-ħlas tar-remunerazzjoni prevista mill-ftehim kollettiv?
(1) ĠU L 204, p. 23.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 110.
Full & Egal Universal Law Academy