4.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Ottubru 2011 — Deutsche Umwelthilfe e.V. vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-515/11)
2012/C 32/22
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Deutsche Umwelthilfe e.V.
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Domandi preliminari
(1)
It-tieni sentenza tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li jkun hemm aġir f’kapaċità leġiżlattiva anki fil-każ ta’ attivitajiet li jikkonċernaw il-proċess leġiżlattiv imwettqa minn korpi jew istituzzjonijiet, bħala parti mill-eżekuttiv, bis-saħħa ta’ setgħa ddelegata permezz ta’ liġi Parlamentari?
(2)
Fil-każ li tingħata risposta affermattiva għall-ewwel domanda: tali korpi u istituzzjonijiet għandhom jiġu esklużi mid-definizzjoni ta’ “awtorità pubblika” b’mod permanenti jew inkella sakemm jintemm il-proċess leġiżlattiv biss?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 375.
Full & Egal Universal Law Academy