17.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 370/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Guidice di Pace di Lecce (l-Italja) fit-13 ta’ Ottubru 2011 — Proċeduri kriminali kontra Abdoiul Khadre Mbaye
(Kawża C-522/11)
2011/C 370/29
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Guidice di Pace di Lecce
Parti fil-kawża prinċipali
Abdoul Khadre Mbaye
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2008/115/KE (1) jipprekludi l-possibbiltà li tiġi applikata din id-direttiva anki meta d-dispożizzjoni ta dritt nazzjonali (l-Artikolu 10a tat-test uniku 286.98) tissanzjona d-dħul jew is-soġġorn illegali bil-miżura ta’ espulsjoni bħala sostituzzjoni għall-piena?
(2)
Id-direttiva Komunitarja fuq ir-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi tipprekludi l-possibbiltà li tiġi ssanzjonata kriminalment is-sempliċi presenza tal-barrani fuq it-territorju nazzjonali, irrispettivament mit-tlestija tal-proċedura amministrattiva ta’ ritorn prevista fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u fl-istess direttiva?
(1) ĠU L 348, p. 98.
Full & Egal Universal Law Academy