5.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 133/32
Rettifika għall-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża C-528/11
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 370 tas-17 ta’ Diċembru 2011 )
2012/C 133/64
It-test tal-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża C-528/11, Halaf, qiegħed jiġi ssostitwit bit-test segwenti:
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fit-18 ta’ Ottubru 2011 — Zuheyr Freyeh Halaf vs Darzhavna agentsia za bezhantsite pri Ministerski savet
(Kawża C-528/11)
2012/C 133/64
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Zuheyr Freyeh Halaf
Konvenuta: Darzhavna agentsia za bezhantsite pri Ministerski savet
Domandi preliminari
1.
L-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 (1), tat-18 ta’ Frar 2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Stat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti li Stat Membru jieħu r-responsabbiltà għall-eżami tal-applikazzjoni għall-ażil meta ma jkun hemm ebda fatt ta’ natura personali li jimplika l-applikazzjoni tal-klawżola umanitarja li tinsab fl-Artikolu 15 tar-regolament imsemmi għall-persuna li tkun qiegħda tfittex l-ażil u meta l-Istat Membru responsabbli taħt l-Artikolu 3(1) tar-regolament imsemmi ma jkunx wieġeb għat-talba sabiex jieħu responsabbiltà skont l-Artikolu 20(1) tar-regolament imsemmi, fid-dawl tal-fatt li dan ir-regolament ma jinkludix dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-osservanza tal-prinċipju ta’ solidarjetà stabbilit fl-Artikolu 80 TFUE?
2.
X’inhu l-kontenut tad-dritt għal ażil taħt l-Artikolu 18 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 53 ta’ din il-karta, kif ukoll mad-definizzjoni li tinsab fl-Artikolu 2(ċ) u mal-premessa 12 tar-Regolament (KE) Nru 343/2003?
3.
L-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 343/2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Stat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz, ikkunsidrat flimkien mal-obbligu taħt l-Artikolu 78(1) TFUE li jiġu osservati l-istrumenti ta’ dritt internazzjonali fil-qasam tal-ażil, għandu jiġi interpretat fis-sens li jobbliga lill-Istati Membri jitolbu opinjoni mingħand il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati fil-kuntest tal-proċedura għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament, meta f’dokumenti ta’ din l-organizzazzjoni huma esposti fatti u misluta konklużjonijiet fis-sens li l-Istat Membru responsabbli skont l-Artikolu 3(1) tar-regolament imsemmi jikser id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-ażil?
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għal din id-domanda, qiegħda tintalab ukoll risposta għal din id-domanda:
Il-fatt li din l-opinjoni ma tintalabx mingħand il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati jikkostitwixxi ksur sostanzjali tal-proċedura għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli skont l-Artikolu 3 tar-regolament imsemmi u ksur tad-drittijiet għal amministrazzjoni tajba u għal rimedju effettiv stabbiliti fl-Artikoli 41 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u dan fid-dawl ukoll tal-Artikolu 21 tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE (2), tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat, li jawtorizza lil din l-organizzazzjoni tagħti l-opinjoni tagħha fir-rigward ta’ kull applikazzjoni għall-ażil?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 109.
(2) ĠU L 175M, 29.06.2006, p. 168.
Full & Egal Universal Law Academy