28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/28
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hessischen Landessozialgericht (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Ottubru 2011 — Angela Strehl vs Bundesagentur für Arbeit Nürnberg
(Kawża C-531/11)
2012/C 25/49
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Hessisches Landessozialgericht, Darmstadt
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Angela Strehl
Konvenuta: Bundesagentur für Arbeit Nürnberg
Domandi preliminari
L-ewwel sentenza tal-Artikolu 68(1) tar-Regolament Nru 1408/71 (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ residenza għandha, għall-finijiet tal-kalkolu tal-benefiċċji soċjali, tieħu inkunsiderazzjoni wkoll is-salarju li ħaddiem, li ma jkunx ħaddiem tal-fruntiera [Artikolu 71(1)(b)(ii) tar-Regolament Nru 1408/71] ikun irċieva matul l-aħħar impjieg tiegħu fi Stat Membru ieħor meta dan il-ħaddiem ma jkunx sab impjieg fl-Istat ta’ residenza u meta d-dikjarazzjoni li jkun qiegħed ifittex impjieg issir fl-Istat ta’ residenza 11-il xahar wara t-tmiem tal-impjieg tiegħu fl-Istat Membru l-ieħor?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar il-pubblikazzjoni [l-applikazzjoni] tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35), kif emendat
Full & Egal Universal Law Academy