28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/29
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-533/11)
2012/C 25/51
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u A. Marghelis, aġenti)
Konvenuta: Ir-Renju tal-Belġju
Talbiet
—
tikkonstata li billi ma ħax il-miżuri kollha neċessarji sabiex jeżegwixxi s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-4 ta’ Lulju 2004, fil-Kawża C-27/03, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 260(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
—
tordna lir-Renju tal-Belġju jħallas lill-Kummissjoni l-pagamenti ta’ penalità proposti ta’ EUR 55 836 għal kull jum ta’ dewmien fl-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fl-4 ta’ Lulju 2004 fil-Kawża C-27/03, mill-jum minn meta tingħata s-sentenza fil-kawża preżenti sal-jum meta tkun eżegwita s-sentenza mogħtija fil-Kawża C-27/03,
—
tordna lir-Renju tal-Belġju jħallas lill-Kummissjoni l-ammont fil-forma ta’ somma f’daqqa ta’ kuljum ta’ EUR 6 204, mill-jum tal-għoti tas-sentenza tal-4 ta’ Lulju 2004 fil-Kawża C-27/03 sal-jum tal-għoti tas-sentenza fil-kawża preżenti jew sal-jum meta tiġi eżegwita s-sentenza mogħtija fil-Kawża C-27/03, jekk l-implementazzjoni tagħha sseħħ iktar kmieni,
—
tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni ssostni, insostenn tar-rikors tagħha li, fir-rigward tal-agglomerazzjoni ta’ Brussell-Kapitali kif ukoll ta’ sitt agglomerazzjonijiet ta’ iktar minn 10 000 e.p. li jinsabu fir-Reġjun Wallonie, is-sistemi ta’ ġbir tal-ilma urban mormi baqgħu, sa dak il-lum, mhux konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (1).
Barra minn hekk, fir-rigward tal-agglomerazzjoni tar-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali, ta’ agglomerazzjoni ta’ iktar minn 10 000 e.p. fir-Reġjun Flamande u ta’ 19-il agglomerazzjoni ta’ iktar minn 10 000 e.p. fir-Reġjun Wallonie, is-sistemi ta’ trattament ta’ dan l-ilma skarikat f’żoni sensittivi, ma jissosdifawx, sal-lum, ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 5(2) u (3) tad-Direttiva 91/271/KEE.
Il-Kummissjoni ddeduċiet li l-Belġju, sal-lum, ma ħax id-dispożizzjonijiet neċessarji għall-implementazzjoni kompleta tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Lulju 2004.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26.
Full & Egal Universal Law Academy