3.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/2
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fl-20 ta’ Ottubru 2011 — Mehmet Arslan vs Policie ČR, Krajské ředitelství policie Ústeckého kraje, odbor cizinecké policie
(Kawża C-534/11)
2012/C 65/03
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Mehmet Arslan
Konvenuta: Policii ČR, Krajskému ředitelství policie Ústeckého kraje, odboru cizinecké policie
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 2(1), moqri flimkien mal-premessa 9, tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-direttiva ma tapplikax għal ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun ressaq applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat (2)?
(2)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, meta dan iċ-ċittadin barrani jinżamm sabiex jiġi rritornat, din iż-żamma għandha titwaqqaf meta dan iċ-ċittadin iressaq applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fis-sens tad-Direttiva 2005/85/KE u meta ma jkunx hemm raġunijiet oħra sabiex tiġi estiża ż-żamma tiegħu?
(1) ĠU L 348 p. 98
(2) ĠU L 175M, 29.06.2006, p. 168
Full & Egal Universal Law Academy