14.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hamburg (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Ottubru 2011 — Novartis Pharma GmbH vs Apozyt GmbH
(Kawża C-535/11)
2012/C 13/10
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Novartis Pharma GmbH
Konvenuta: Apozyt GmbH
Domanda preliminari
It-terminu “żviluppati” fis-sentenza introduttorja tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, li jistabbilixxi proċeduri għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (1), jestendi għal proċessi fejn porzjonijiet biss tal-prodott mediċinali li jkun ġie żviluppat u prodott b’mod li jkun lest għall-użu skont dawn il-proċeduri jitqiegħdu f’kontenitur ieħor, wara li dawn ikunu ġew preskritti u ordnati fiż-żmien ikkonċernat minn tabib, jekk bħala riżultat tal-proċess il-kompożizzjoni tal-prodott mediċinali ma tiġix mibdula, u għalhekk b’mod partikolari għall-produzzjoni ta’ siringi mimlija minn qabel li jkunu ġew mimlija bi prodott mediċinali awtorizzat taħt ir-Regolament?
(1) ĠU 2004 L 136, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy