28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/31
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno Sodišče Republike Slovenije (ir-Repubblika tas-Slovenja) fil-25 ta’ Ottubru 2011 — Jožef Grilc vs Slovensko zavarovalno združenje GIZ
(Kawża C-541/11)
2012/C 25/54
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Qorti tar-rinviju
Vrhovno sodišče Republike Slovenije.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Jožef Grilc
Konvenuta: Slovensko zavarovalno združenje GIZ.
Domandi preliminari
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/26/KE (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li, il-korp ta’ indennizz tal-Istat Membru ta’ residenza ta’ persuna leża għandu locus standi passiv fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja li fiha, din il-persuna leża, li sofriet preġudizzju konsegwenza ta’ inċident tat-traffiku fi Stat Membru li ma huwiex l-Istat Membru ta’ residenza tiegħu, ikkawżat minn vettura assigurata fi Stat Membru li hija normalment ibbażata fih, titlob il-ħlas ta’ kumpens jekk, f’terminu ta’ tliet xhur li jibdew jiddekorru mill-ġurnata li fiha l-persuna leża tressaq it-talba għal kumpens lill-assigurazzjoni tas-sewwieq li kkawża l-inċident tat-traffiku jew lir-rappreżentant tagħha responsabbli għar-riżoluzzjoni ta’ talbiet, dawn tal-aħħar ikunu għadhom ma tawx risposta mmotivata għal din it-talba?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 331.
Full & Egal Universal Law Academy