28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/31
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-24 ta’ Ottubru 2011 — Staatssecretaris van Financiën vs Codirex Expeditie BV
(Kawża C-542/11)
2012/C 25/55
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Staatssecretaris van Financiën.
Konvenuta: Codirex Expeditie BV.
Domandi preliminari
F’liema mument il-merkanzija mhux Komunitarja tiġi assenjata trattament jew użu approvat mid-dwana skont is-sens tal-Artikolu 50 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1) fil-każ ta’ merkanzija li jkollha status ta’ “ħażna temporanja” li tiġi ddikjarata sabiex titqiegħed taħt is-sistema doganali tat-tranżitu Komunitarju estern?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).
Full & Egal Universal Law Academy