28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/32
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Frankfurt (Oder) (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Ottubru 2011 — Agrargenossenschaft Neuzelle e.G. vs Landrat des Landkreises Oder-Spree
(Kawża C-545/11)
2012/C 25/58
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Frankfurt (Oder)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Agrargenossenschaft Neuzelle e.G.
Konvenut: Landrat des Landkreises Oder-Spree
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa (1) huwa validu sa fejn jipprevedi, għas-snin 2009 sa 2012, tnaqqis tal-ammont tal-pagamenti diretti f’perċentwali ogħla minn 5 %?
(2)
L-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa huwa validu?
(1) ĠU L 30, p. 16
Full & Egal Universal Law Academy