17.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshofs (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Novembru 2011 — Bernard Rintisch vs Klaus Eder
(Kawża C-553/11)
2012/C 80/06
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshofs.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Bernard Rintisch
Konvenut: Klaus Eder
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 10(1) u (2)(a) tad-Direttiva 89/104/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tipprekludi fi kwalunkwe każ li leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha l-użu ta’ trade mark (trade mark 1) huwa wkoll preżunt meta hija (trade mark 1) tiġi użata f’forma li hija differenti minn dik li biha ġiet irreġistrata, mingħajr ma d-differenzi jbiddlu l-karattru distintiv tat-trade mark (trade mark 1), u li hija wkoll irreġistrata fil-forma li hija użata (trade mark 2)?
(2)
F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda:
Id-dispożizzjoni nazzjonali msemmija fl-ewwel domanda hija kompatibbli mad-Direttiva 89/104/KEE, jekk tiġi interpretata b’mod restrittiv bħala ma tapplikax għal trade mark (trade mark 1) li r-reġistrazzjoni tagħha ma għandha l-ebda għan ieħor għajr li tiggarantixxi jew testendi l-protezzjoni ta’ trade mark oħra rreġistrata (trade mark 2), li hija fil-forma li hija użata?
(3)
F’każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda jew ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda:
(a)
Ma hemmx użu ta’ trade mark irreġistrata (trade mark 1), fis-sens tal-Artikolu 10(1) u (2)(a) tad-Direttiva 89/104/KEE,
(aa)
meta l-proprjetarju jagħmel użu minn sinjal f’forma li hija differenti minn dawk li huma rreġistrati t-trade mark (1) u oħra mit-trade marks tiegħu (trade mark 2) fir-rigward ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade marks (trade mark 1 u 2);
(bb)
meta l-proprjetarju jagħmel użu minn sinjali f’żewġ forom, li ebda waħda minnhom ma tikkorrispondi għat-trade mark irreġistrata (trade mark 1), iżda li l-ewwel waħda minnhom (il-forma 1) hija konsistenti ma’ trade mark oħra rreġistrata (trade mark 2) tal-proprjetrju u li t-tieni waħda minnhom (form 2) hija differenti miż-żewġ trade marks irreġistrati (trade mark 1 u trade mark 2) fir-rigward ta’ ċerti elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade marks, u li din il-forma (il-forma 2) għandha l-ikbar xebh mat-trade mark l-oħra (trade mark 2) tal-proprjetarju?
(b)
Dispożizzjoni nazzjonali [f’dan il-każ, it-tieni sentenza tal-Artikolu 26(3) tal-Liġi dwar it-Trade marks — Markengesetz] li tmur kontra dispożizzjoni ta’ direttiva [f’dan il-każ, l-Artikolu 10(1) u (2)(a) tad-Direttiva 89/104/KEE] tista’ tiġi applikata minn qorti ta’ Stat Membru għal sitwazzjonijiet li kienu diġà nqalgħu qabel ma l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddeċidiet sentenza li għall-ewwel darba ħarġet indikazzjonijiet tal-inkompatibilità ta’ din id-dispożizzjoni nazzjonali ma’ dik tad-direttiva [f’dan il-każ is-sentenza tat-13 ta’ Settembru 2007, Il-Ponte Finanziaria vs UASI (BAINBRIDGEainbridge) C-234/06 P, Ġabra p. I-7333], jekk din il-qorti nazzjonali tikkunsidra li l-aspettattivi li għandha parti fi proċedimenti ġudizzjarji dwar il-validità tad-drittijiet tagħha li huma kostituzzjonalment garantiti huma superjuri għal-implimentazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-direttiva?
Full & Egal Universal Law Academy