28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/32
Appell ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2011 minn Internationalen Hilfsfonds eV kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-141/05 RENV — Internationaler Hilfsfonds eV vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-554/11 P)
2012/C 25/60
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Internationaler Hilfsfonds eV (rappreżentant: H. Kaltenecker, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
(a)
tannulla d-digriet tal-21 ta’ Settembru 2011 u tibgħat lura l-kawża lill-Qorti Ġenerali sabiex din tagħmel evalwazzjoni mill-ġdid fid-dawl tal-adozzjoni tas-sentenza fil-Kawża T-300/10;
alternattivament, tiddeċiedi hija stess dwar il-kawża;
(b)
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż assoċjati mal-proċedura interlokutorja li jirreferi għaliha d-digriet appellat, kif ukoll għall-ispejjeż tal-appell.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appell huwa intiż kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 Settembru 2011 fil-Kawża T-141/05 RENV, li permezz tiegħu ġew iddikjarati magħluqa proċeduri mibdija mill-appellanti, li kienet ir-rikorrenti fl-ewwel istanza, kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2005. It-talba oriġinali kienet diretta kontra r-rifjut tal-Kummissjoni li tipprovdi lill-appellanti aċċess sħiħ għall-fajl dwar il-kuntratt LIEN 97-2011.
Permezz tal-appell, l-appellanti tappella mid-digriet tal-Qorti Ġenerali filwaqt li tinvoka applikazzjoni żbaljata min-naħa tal-Qorti Ġenerali ta’ regoli proċedurali, u, b’mod partikolari, nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn il-proċeduri li jikkorrispondu għall-Kawżi T-36/10 u T-141/05 RENV, nuqqas li, fil-fehma tal-appellanti, ippreġudika serjament l-interessi tagħha. Barra minn hekk, meta kkundannatha għall-ispejjeż, il-Qorti Ġenerali għamlet żball għad-detriment tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy