28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/33
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fit-3 ta’ Novembru 2011 — Enosi Epangelmation Asfaliston Ellados “EEAE” Syllogos Asfalistikon Praktoron N. Attikis “SPATE”, Panellinios Syllogos Asfalistikon Symvoulon “PSAS”, Syndesmos Ellinon Mesiton Asfaliseon “SEMA” e Panellinios Syndesmos Syntoniston Asfalistikon Symvoulon “PSAS” vs Ypourgos Anaptixis u Omospondia Asfalistikon Syllogon Ellados (Ministru tal-Iżvilupp)
(Kawża C-555/11)
2012/C 25/61
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Symvoulio tis Epikrateias
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Enosi Epangelmation Asfaliston Ellados “EEAE”, Syllogos Asfalistikon Praktoron N. Attikis “SPATE”, Panellinios Syllogos Asfalistikon Symvoulon “PSAS”, Syndesmos Ellinon Mesiton Asfaliseon “SEMA” u Panellinios Syndesmos Syntoniston Asfalistikon Symvoulon “PSAS”
Konvenuti: Ypourgos Anaptyxis u Omospondia Asfalistikon Syllogon Ellados
Domanda preliminari
“Id-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-9 ta’ Diċembru 2002, dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 330), li skont dawn ‘[d]awn l-attivitajiet (dawk elenkati fl-ewwel subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni) meta imwettqa minn impriża ta’ riassigurazzjoni jew minn impjegat ta’ impriża ta’ riassigurazzjoni li jaġixxi taħt ir-responsabbiltà ta’ impriża ta’ riassigurazzjoni mhumiex mequjusa bħala medjazzjoni ta’ riassigurazzjoni’ għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna impjegata ta’ impriża ta’ assigurazzjoni li ma għandhiex il-kwalifiki previsti fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tista’ teżerċita attivitajiet ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni, okkażjonalment u mhux fil-kuntest tal-attività professjonali prinċipali tagħha, anki jekk ma taġixxix fil-kuntest tar-rabta ta’ subordinazzjoni li torbotha ma’ din l-impriża, filwaqt li huwa ppreċiżat li, f’kull ipoteżi, din l-impriża teżerċita sorveljanza fuq l-attivitajiet tagħha, jew għandu jiġi kkunsidrat li d-direttiva tawtorizza tali attività biss meta hija tiġi effettwata fil-kuntest tar-rabta ta’ subordinazzjoni?”
Full & Egal Universal Law Academy